Aġġornat (4),: Mijiet fil-kju biex isellmu lil Mintoff

  • Aww 24, 2012 17:42
  • Miktub minn

    17.30 Wara aktar minn tmien sigħat li l-katavru tal-eks-Prim Ministru Dom Mintoff ilu espost għall-pubbliku, il-kju ta' nies fi Triq ir-Repubblika għadu ma waqafx. Il-Palazz kellu jkun magħluq bejn is-13.00 u l-16.00, imma jidher li dan il-ħin tnaqqas, biex il-poplu li nġabar jagħtih l-aħħar tislima jkun jista' jarah. Għal darba oħra l-poplu sfida lix-xemx tiżreġ u fil-kwiet u l-umilt ra għall-aħħar darba lill-Perit. Illum il-ġisem ta' Mintoff se jibqa' espost sas-19.00, filwaqt li għada filgħodu se jkun espost bejn is-7.30 u d-9.30.

    12:30 Għall-ħabta ta' nofsinhar żaru lill-eks Prim Ministru Duminku Mintoff it-tmexxija tal-Partit Laburista mmexxija mill-mexxej Joseph Muscat, flimkien mal-Grupp Parlamentari Laburista, l-eżekuttiv u kandidati Laburisti. Matul il-ġurnata kienu diversi n-nies distinti li żaru lil Mintoff fosthom il-Presidenti Emeritus Ugo Mifsud Bonnici u Eddie Fenech Adami diversi ambaxxaturi, l-Arċisqof Emeritus Ġużeppi Mercieca, numru ta' sindki, l-eks president tal-MFA Joe Mifsud, rappreżentanti l-Awtorit tat-Turiżmu u diversi korpi kostitwiti oħra.

    10.00: Għamlu wkoll żjara ta' rispett, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi, flimkien mas-Sinjura tiegħu Kate Gonzi, l-ispiker Michael Frendo, l-Avukat Ġenerali Peter Grech u l-Prim Imħallef Silvio Camilleri. Intant, sa dan il-ħin il-kju kien żdied sew tant li qabeż Pjazza Reġina u baqa' tiela sal-bini tal-Qorti. Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru, flimkien mas-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Paul Borg Olivier mar jiffirma l-ktieb tal-kondoljanzi fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

    09.10: Il-President tar-Rapubblika George Abela, flimkien ma' martu sellem lil eks Prim Ministru Mintoff b'waqfa ta' ftit minuti ta' silenzju quddiem il-katavru tiegħu. Wara ffirma l-ktieb tal-kondoljanzi.

    08.45: Kju twil ta’ persuni diġa’ fforma quddiem il-Palazz tal-President, fil-Belt. Dawn il-persuni nġabru biex jaraw il-katavru tal-Perit Mintoff li se jkun epost għall-pubbliku bejn illum u għada.

    Minn hawn u ftit ieħor jagħtu l-aħħar tislima lill-eks Prim Ministru Mintoff, il-President ta' Malta, George Abela u l-mara tiegħu. Warajhom fid-9.10 se jagħtuh l-aħħar tislima l-Prim Ministru Lawrence Gonzi u Kate Gonzi.

    Fid-9.15 se jsellem lill-Perit Mintoff l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Micheal Frendo. Fid-9.30 jidħol il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista filwaqt li fid-9.45 se jagħtuh tislima l-Amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista mmexxija mis-Segretarju Ġenerali Paul Borg Olivier.

    Fl-12.00 se jagħtu l-aħħar tislima lill-eks Kap tal-Partit Laburista, il-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap tal-Partit Laburista Joseph Muscat u Michelle Muscat.

    Għada s-Sibt, imbaġħad, fl-10.30 se tibda quddiesa presente cadavere, immexxija mill-Arċisqof ta' Malta, Pawlu Cremona fil-Konkatidral ta' San Ġwann.

    (Ritratti: Ray Attard, Ray Mizzi u Joe Camenzuli),

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 3

  •  
    anonimu
    Aww 24, 2012

    Grazzi ta kollox Perit. Strieh fil-paci missieri u missier Malta taghna

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 24, 2012

    Ghaliex gibtu dan ir-Ritratt, tal Perit ? Qalbi inqasmet f' mitt elf bicca. Mela xi hadt QATT ra lil Perit ta Malta, 'rieqed' ? Le, kullhadd kien jarah fuq tieghu, habrieki, etc.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 24, 2012

    rip,dom mintoff,god bless you alwaysxxxxxxxxxx

    Irrispondi