Ħabs u multa għal raġel li qabeż il-baħar biex jaħrab pulizija

  • Mar 04, 2014 12:32
  • Miktub minn
"

    Jeffrey Cassar, raġel ta' 29 sena minn San Pawl il-Baħar, li kien imfittex mill-pulizija u nqabad nhar il-Ħadd li għadda ngħata sentenza ta' disa' xhur ħabs u multa ta' €21,000. Il-multa hi mifruxa fuq tliet każi fejn kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest u jekk din ma titħallasx allura tinbidel fi 18-il xahar ħabs. F'każ minnhom il-multa jekk jikser il-kundizzjonijiet kienet ta' €10,500, ieħor ta' €5,000 u ieħor ta' €5,500. Hu ntalab iħallas il-multa b'mod immedjat.

    Qabel ingħatat is-sentenza l-akkużat staqsa lill-Maġistrat jekk kienx se jeħel disa' xhur ħabs jekk jammetti. Il-Maġistrat wieġeb u qallu li persuni bħalu kienu mdorrijin jagħmlu dawn il-kalkoli u biex ikun jaf kemm se jeħel kellu jistenna s-sentenza. Sentenza li ngħatat ftit tal-ħin wara.

    Ir-raġel inqabad nhar il-Ħadd f'Kennedy Grove.

    Iktar qabel il-Pulizija lemħu lir-raġel f'Buġibba, madankollu hekk kif induna bil-Pulizija ħarab minn fuq il-post f'taxi. Huwa qabeż il-baħar u għam fil-bajja tas-Salina biex jipprova jevita lill-Pulizija. Madankollu wara stħarriġ li għamlu fl-akwata, il-Pulizija rnexxielhom jaqbduh u jarrestawh.

    Il-Maġistrat li ta s-sentenza huwa Francesco Depasquale u għall-akkużati dehru l-avukati Veronique Dalli u Dean Hili.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    2