Muscat jitlob investigazzjoni dwar il-prezz tal-fjuwil

  • Lul 08, 2012 14:05
  • Miktub minn

    Il-Mexxej tal-Partit Laburista u Kap tal-Oppożizzjoni, Joseph Muscat, qal li l-Gvern mhux qed jemmen l-istatistika u l-figuri tiegħu stess. Dan għax meta ffaċċjat mill-istampa ċara tal-ekonomija ta’ pajjiżna, il-Prim Ministru qal li l-istatistika ma turix l-istampa reali.

    Muscat qal li Lawrence Gonzi u Tonio Fenech kienu qalu li d-defiċit kellu jonqos b’€50 miljun iżda minflok s’issa diġà żdied bi €83 miljun. Semma’ kif il-Ministru tal-Finanzi kien qal ukoll li d-dejn kellu jiżdied biss b’€100 miljun sal-aħħar tas-sena, iżda minflok, s’issa diġà żdied b’€141 miljun. S’issa pajjiżna nefaq €92 miljun f’imgħaxijiet, jiġifieri 30% aktar fuq imgħaxijiet fuq id-dejn, milli ntefqu fuq l-edukazzjoni.

    Muscat qal li mhux il-Gvern biss qiegħed jiddubita mill-figuri, iżda anke l-familji Maltin u Għawdxin. Fost l-oħrajn dwar il-prezzijiet tal-fjuwil fejn l-indikazzjonijiet huma li l-prezz tal-petrol u d-dijżil ma raħasx kemm kellu jorħos. Saħaq li l-Enemalta ippruvat turi li l-prezzijiet tal-fjuwil f’Malta huma irħas minn pajjiżi oħrajn. Iżda qal li dan huwa minħabba li pajjiżi oħra iħallsu aktar taxxi fuq il-fjuwil minn Malta. Meta mbagħad tneħħi l-element tat-taxxa, il-prezz li jħallsu l-familji għall-fjuwil huwa fost l-ogħla fl-UE.

    Muscat talab lill-Awtorità Maltija għar-Riżorsi biex tinvestiga dan kollu, u l-mod ta’ kif l-Enemalta ppruvat tiżgwida lill-konsumaturi.

    Dwar l-Air Malta, Muscat qal li “GonziPN iridna ngħollu fuq pedestall lil Richard Cachia Caruana talli ngħatajna l-permess li ngħinu lill-Air Malta.” Kien hawn li saħaq li “la pajjiżna qiegħed jintrabat biex jgħin lil pajjiżi oħra, għandna ningħataw iċ-ċans li ngħinu lill-kumpanija nazzjonali tal-ajru.”

    F’Ħal-Għaxaq, Muscat tkellem ukoll dwar kif Richard Cachia Caruana kien qiegħed igawdi minn pakkett finanzjarju ferm iktar vantaġjuż minn ta’ ambaxxaturi oħra u żied kif is-sehem ta’ Cachia Caruana wassal ukoll biex il-Gvern qabel mal-Kummissjoni Ewropea, li l-età tal-pensjoni għandha terġa’ togħla. Muscat qal li issa l-argument tal-Prim Ministru biex ma tiżdiedx l-età tal-pensjoni, huwa imminat mill-ftehim li diġà daħal għalih mal-Kummissjoni Ewropea. “Għalhekk jekk GonziPN jerġa’ jiġi elett se jerġa’ jgħolli l-età tal-pensjoni. Min-naħa tiegħu Gvern ġdid ma jgħollix l-età tal-irtirar,” qal Muscat.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0