Solidarjetà kbira bejn il-Qrendin

  • Lul 08, 2012 13:25
  • Miktub minn Victor Vella

    Il-Kappillan tal-Qrendi, ir-Reverendu Mario Mifsud, qal ma’ inewsmalta.com li l-inċident li ħasad il-ħajja taż-żagħżugħ Joseph Mifsud ħoloq solidarjetà kbira bejn il-Qrendin. L-inċident seħħ fid-29 ta' Mejju li għadda fil-Kamra tan-Nar Santa Marija fil-Qrendi.

    Iżda, din id-darba l-Qrendi ma baqax maqsum, bejn ta' Lourdes u ta' Santa Marija, iżda ntweriet għaqda fejn regolarment kien qiegħed isir talb li fih kien u jingħaqad kulħadd.

    Ir-Reverendu Mario Mifsud, sostna li "l-logħob tan-nar fil-Qrendi hu delizzju kbir. Xi ħaġa speċjali hawn. Għalihom hawn, li qisu xi ħadd imut b'dan id-delizzju, toħloq sens kbir ta' solidarjetà. Dan rajnieh fil-laqgħat ta' talb li organizzajna f'kappella apposta, li għalihom seta' jattendi kulħadd. Is-solidarjetà f'dan il-mument diffiċli kienet xi ħaġa pożittiva ħafna."

    Il-Kappillan tal-Qrendi, qalilna li "incidenti bħal dawn joħolqu sofferenzi kbar għall-qraba.”

    Intant, sħabu jiddeskrivu lil Joseph bħala dilettant kbir tan-nar. “Nafuh bħala 'd-Dudu' u fuq il-murtali tiegħu hekk kien jiffirma - 'id-Dudu'. Minn taħt idejh kien joħroġ logħob tan-nar tal-aqwa kwalità. Min hu dilettant jaf eżattament kif kien isebbaħ is-sema,” qalilna wieħed minn sħabu meta żorna il-Qrendi.

    Ritratt: Roger Azzopardi

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Lul 09, 2012

    Bdejna nitghallmu fl-ahhar. sabiha s-solidarjeta. kellha bzonn tibqa

    Irrispondi