Tkompli l-mewġa ta' immigranti llegali

  • Lul 08, 2012 13:19
  • Miktub minn John Pisani

    Wara li l-ġimgħa l-oħra ddaħħlu f'Malta tliet nisa u tarbija li kienu fuq 'dinghy' flimkien ma' 36 immigranti oħrajn, is-Sibt l-istorja rrepetiet ruħha meta ħames nisa u raġel li kienu jagħmlu parti minn grupp ta' 60 immigrant talbu biex jiddaħħlu Malta għax kellhom bżonn l-għajnuna medika.

    Is-sitt immigranti, li qed jgħidu li huma mis-Somalja ddaħlu fil-Bażi Marittima tal-FAM f'Xatt it-Tiben is-Sibt ftit qabel nofsillejl. Id-'dinghy' kien ilu mis-Sibt wara nofsinhar taħt is-sorveljanza tal-FAM iżda fl-ebda ħin ma talbu l-assistenza u anke rriffjutaw l-għajnuna u baqgħu sejrin lejn l-Italja.

    Kien tard is-Sibt filgħaxija li sitta mill-immigranti talbu l-assistenza medika meta kienu madwar 23 mil nawtiku 'il barra mill-irdumijiet ta' Ħad-Dingli.

    Għaldaqstant fuq il-post intbagħtet il-lanċa tas-salvataġġ, il-Melita 1 li ġabret lill-ħames nisa u raġel. Dawn iddaħħlu f'Xatt it-Tiben u ngħataw f'idejn il-Pulizija tal-Immigrazzjoni. Mhux magħruf għaliex dawn talbu l-assistenza medika iżda ma kienx hemm ambulanza tistenna u minflok is-sitt immigranti ttellgħu fuq xarabank tal-Pulizija.

    B'din il-wasla n-numru ta' immigranti li daħlu Malta din is-sena issa tela' għal 1,065 persuna.

    Ritratt: Justin Gatt FAM

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook