Il-'Burden Sharing' jerġa’ fuq l-aġenda

  • Lul 08, 2012 12:07
  • Miktub minn
"

    Reġa’ tiela fuq l-aġenda tad-diskussjoni f'pajjiżna l-patt tal-Unjoni Ewropea dwar il-qsim tal-piż fil-qasam tal-immigrazzjoni llegali, magħruf aħjar bħala l-patt tal-Burden Sharing. Meta kien intervistat fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi tkellem dwar il-ħtieġa li l-Unjoni Ewropea tgħin iktar lill-Malta biex tiffaċja l-influss ta’ immigranti llegali. Il-Prim Ministru spjega kif l-Istati Uniti għenet lill-Malta terfa’ dan il-piż, tliet darbiet iktar mill-pajjiżi fl-UE. (Isma d-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru.),

    Il-gvern Malti kien iffirma patt volontarju ta’ burden sharing fl-2008, xi ħaġa li kienet ikkritikata ħafna mill-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat. Intant, dwar din it-tema, fl-aħħar sigħat tkellem il-Membru tal-Parlament Ewropew Joseph Cuschieri. Waqt is-seduta plenarja tal-Parlament Ewropew, Joseph Cuschieri saħaq li għandu mingħajr aktar dewmien jinħoloq mekkaniżmu leġislativ u effetiv li jorbot lill-istati membri b'burden sharing obligatorju u mhux aktar volontarju.

    Cuschieri tkellem dwar l-influss kontinwu ta' immigranti li fl-aħħar xhur u ġimgħat reġgħu daħlu llegalmnet fil-gżejjer Maltin u appella għal aktar solidarjetà ma' Malta mill-istati membri.

    Din hi sfida tal-Ewropa kollha, saħaq Cuschieri, u r-responsabbiltà m'għandhiex tintrefa biss minn Malta sempliċiment għax tinstab fuq il-fruntiera bejn iż-żewġ kontinenti. Huwa żied jgħid li quddiem din is-sitwazzjoni l-istati membri għandhom l-obligu li f'ġieh is-solidarjetà jimxu pass 'il quddiem u saħaq li hemm bżonn regoli stretti imma li jkunu ġusti għal kulħadd.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    1