Ix-xellugi lura fil-pitch wara sentejn sospiż

  • Lul 08, 2012 11:15
  • Miktub minn Aleander Balzan

    Kien fit-22 ta’ Ġunju li għadda meta Matthew Zammit reġa’ niżel fil-pitch tal-waterpolo biex jieħu sehem f’logħba kompetittiva. Kien preċiżament il-jum li fih intemmet sentejn sospensjoni minħabba li kien instab pożittiv f’test tad- doping.

    Fil-jiem ta’ qabel kienet fuq fomm id-dilettanti tal-waterpolo li x-“Xellugi se jirritorna.” Hekk kien u bħas-soltu ma ddiżappuntax, anke jekk id-dilettanti, bir-raġun, qalu li “ għad irridu naraw l-aħjar tiegħu.”

    Ikkuntajat minn inewsmalta.com Matthew Zammit tkellem dwar is-sospensjoni tiegħu u x’ħass issa li rritorna għal-logħob.

    Kienu sentejn iebsa ħafna għall-Matthew li spiċċa sospiż wara li ħa pilloli biex jonqos. Iżda, x’kien ġara eżatt ?

    “Jiena kont nilgħab l-Italja u hemm kont nitħarreġ darbtejn kuljum. Darba filgħodu u darba filgħaxija. Jiena ffisat fuq il-figura u b’dak it-taħriġ kont irqaqt u ġejt tajjeb ħafna.

    “Kif ġejt lura Malta naqqast it-taħriġ, għax hawn nitħarrġu siegħa u nofs kuljum. Taf int tkun hawn tiekol u tixrob ftit iżjed ukoll, u erġajt bdejt neħxin. Darba kont qiegħed il-gym u kien hemm wieħed għidtlu għandi bżonn xi ħaġa biex nirqaq. Qalli iva mela le, issa nġiblek il-pilloli. Ġabomli u bdejt noħodhom. La staqsejt tabib u xejn.

    “Għamilt ġimgħa noħodhom. Il-ġimgħa ta’ wara kelli nitla’ Istanbul biex nilgħab man-nazzjonal għamluli test tad-doping u rriżulta pożittiv,” spjega Zammit. Dan kien ifisser sentejn sospensjoni u ħajtu inbidlet mil-lejl għal nhar.

    “Filli dejjem ‘training’ - tispiċċa mix-xogħol u tmur it-taħriġ - u filli tispiċċa mix-xogħol u ma jkollok xejn x’tagħmel. Kelli nwaqqaf kollox għax ma stajtx nibqa’ nitħarreġ mal-klabb tiegħi,” spjega Zammit, li mill-klabb tiegħu sab appoġġ sħiħ.

    “Kont u għadni ma’ San Ġiljan. Nista’ ngħid li għinuni ħafna. Sa bagħtuni l-Ungerija biex nitħarreġ ma’ ‘personal trainer’,” qalilna Zammit. Mistoqsi dwar x’ħass qabel il-logħba kontra Sirens ftit tal-ġimgħat ilu, Zammit stqarr li kien eċċitat ħafna.

    “Kont eċċitat ħafna. L-eċitament li kelli tal-għaġeb. L-ewwel logħba kienet kontra Sirens. Ħassejt li ma mortx ħażin imma baqa’ ħafna x’nagħmel għax nieqes mill-‘match practice’ u kollox,” qal Zammit.

    Mistoqsi jekk jaspirax li jerġa’ jilgħab man-nazzjonal, Zammit qal li din hi x-xewqa aħħarija tiegħu: “Hekk nixtieq. Se naħdem għaliha. Xejn xejn nagħti risposta lil kulħadd.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0