Id-direttur Tony Scott jagħmel suwiċidju

  • Aww 20, 2012 09:03
  • Miktub minn
"

    Id-direttur ta' Hollywood Tony Scott, famuż għal films bħal Top Gun, miet wara li qabeż minn pont f'Los Angeles.

    Skont il-pulizija f'Los Angeles il-mewt ta' Scott qed tkun investigata bħala suwiċidju. Tony Scott huwa ħu d-direttur Ridley Scott.

    Tony Scott kiseb il-popolarità fis-snin 80 b'sensiela ta' film tal-azzjoni fosthom Crimson Tide, Days of Thunder u Beverly Hills Cop II. Scott li għandu 68 sena qabeż mill-Vincent Thomas Bridge. Id-direttur deher jipparkja l-karozza tiegħu u jaqbeż għall-ħabta tan-12.30. Il-ġisem tiegħu ttella' mill-port madwar tliet sigħat wara.

    Dan l-aħħar kien hemm xniegħat li Scott kien qed jaħdem fil-qrib ma' Tom Cruise biex issir sequel ta' Top Gun.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0