Farsa tal-UEFA?

  • Aww 19, 2012 18:36
  • Miktub minn
"

    Il-każ tal-logħba Malta kontra n-Norveġja għadu mhux magħluq. Żgur li baqa’ ħafna affarijiet x’joħorġu u xi jkunu ċċarati. Qabel xejn nagħmluha ċara li nemmnu li kull min jinstab ħati ta’ koruzzjoni jew manipulazzjoni ta’ riżultat fil-futbol (anzi, mhux futbol biss), għandu jieħu l-kastig li ħaqqu.

    Mhux biss għax f’dak il-każ ikun ħati ta’ frodi, iżda wkoll għax ikun ittradixxa lit-tim u lill-partitarji li jkunu jsegwuh, ħafna drabi ġimgħa wara ġimgħa. Fil-każ tal-logħba Malta kontra n-Norveġja, it-tradiment huwa wkoll lejn il-pajjiż. Lejn il-flokk tat-tim nazzjonali li ħafna tfal u żgħażagħ jaspiraw li jilbsu.

    Iżda, il-mod kif kien konkluż il-każ Malta Norveġja (jekk fuq kollox huwa konkluż), ħalla iktar mistoqsijiet milli tweġibiet. Għax bir-raġun is-segwaċi tal-futbol qegħdin jistaqsu: kif plejer waħdu seta’ jdawwar logħba? Iktar u iktar meta dan il-plejer lagħab biss taqsima u ma kienx involut fit-tliet gowls li ġabu l-boċċa fejn il-likk għal dawk li - allegatament - riedu jilagħbu l-imħatri fuq riżultat ta’ 4-0.

    Jekk il-UEFA għandha l-provi li Kevin Sammut kien b’xi mod miftiehem f’dan is-sens għamlet sew issospenditu għaxar snin. Iżda jekk kien hemm manipulazzjoni ta’ riżultat, possibbli Sammut biss kien involut?

    L-avukati ta’ Sammut qegħdin jargumentaw li l-plejer ma ngħatax proċess ġust. Intqal, li kien hemm madwar 12-il xhud li ried iressaq Sammut u ma nstemgħux.

    Id-difiża argumentat li dan ma sarx għax il-UEFA talbet lill-plejer iħallas l-ispejjeż kollha ta’ dawn ix-xhieda. Nemmnu li f’dan il-każ il-UEFA kellu jkollha quddiem għajnejha il-ħtieġa tal-ġustizzja, li trid issir u li tidher li qiegħda ssir. U għalhekk iffaċjata b’din id-diffikultà kellha tipprovdi hi l-mezzi meħtieġa biex dawn ix-xhieda jinstemgħu. Seta’ niżel Malta xi ħadd mill-UEFA jew saħansitra seta’ sar xi tip ta’ video conferencing. Jew meta trid il-UEFA tinsa’ li qegħdin fl-2012? Kellu jkun fl-interess tal-UEFA li l-proċess jinstema’ b’mod sħiħ tiegħu ħalli d-deċiżjoni tagħha tkun waħda li tinħass li hi waħda leġittimità.

    Issa spiċċajna b’ iktar dubji. Mhux għax nemmnu li għandna xi plejers verġni, għax anke l-President tal-Malta Football Association, kien ikkwotat jgħid li jemmen li kien hemm iktar involuti.

    Iżda, ħafna qegħdin jaħsbu wkoll li l-UEFA kien jinteressa biss issib persuna b’min tati eżempju u għalhekk qajla importa li mexxiet bl-iktar mod diletantesk l-investigazzjoni proprja f’dan il-każ.

    Għax ma rridux ninsew li f’April li għadda, l-istess President tal-Malta Football Association, Norman Daramin Demajo kien qal li f’dan il-każ kien hemm evidenza b’saħħitha. ‘Overwhelming evidence’, biex inkunu preċiżi. Jidher li din l-evidenza sfumat fix-xejn hekk kif plejers li ntalab li jkun sospiż għomru kien sospiż għaxar snin u l-oħra ħarġu lliberati jew ma tressqux.

    L-attitudni tal-MFA f’dan il-każ, għalkemm mhux perfetta, kienet waħda koretta. Id-dewmien li forsi seta’ kien hemm fil-bidu rriżulta f’dossier ta’ 500 paġna. Nifhmu li b’dak f’moħħu dejjem tkellem il-President tal-MFA.

    Min-naħa l-oħra, il-UEFA, l-awtorità kompetenti, għax ta’ kompetizzjoni tagħha kienet din il-logħba, jidher li xejn ma kienet professjonali.

    Ma tatx process ġust lil “ħati” u ħarġet b’sentenza li min jaf xi ħaġa żgħira fil-logħba jaf li ma tagħmilx sens. Għax kif diġà għidna ma jistax ikun li plejer li lagħab biss l-ewwel 45 minuta, waħdu, ibiddel riżultat.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0