Stilel li jistgħu ifallu f’Londra

  • Lul 08, 2012 10:53
  • Miktub minn

    Kif jiġri dejjem fl-Olimpjadi, anke f’dawn ta’ Londra mistenni li jkun hemm stillel li jibbrillaw u oħrajn li jibdew jitilfu d-dija. F’dan l-artiklu hawn dawk l-atleti li jistgħu jkunu diżappuntanti f’dawn il-logħob.

    1. L-aħwa Williams

    Venus għandha ħafna ċans biex tiffoka fuq l-Olimpjadi hekk kif inqalgħet ferm kmieni minn Wimbeldon. Oħtha Serena kellha l-istess sfortuna ta’ oħtha f’Mejju fil-French Open. L-aħwa flimkien rebħu l-medalja tad-deheb fid-doubles fl-Olimpjadi tal-2008 li saru f’Beijing. Iridu jinsew id-diżappunti li kellhom jekk jixtiequ li jkollhom xi tip ta’ suċċess f’Londra.

    1. Ryan Giggs

    B’David Beckham li tħalla barra mit-tim tal-futbol għall-Olimpjadi, it-tamiet Ingliżi qegħdin jaqgħu fuq il-veteran Giggs. Huwa kellu numru ta’ suċċessi meta kien jilgħab mal-Manchester United. F’Londra se jkollu l-pressjoni li qed jilgħab f’daru. U jekk l-Ingliżi mhux se jaraw suċċessi fl-ewwel fażi tat-tournament, Giggs jista’ jsir il-vittma.

    1. Allyson Felix

    Felix kisbet id-deheb f’Beijing, meta flimkien ma’ tim b’erba’ nisa ġew l-ewwel fil-4x400 metru. Imma d-deheb ma rebħitux fl-ispeċjalità tagħha li hi t-tellieqa ta’ 200 metru. F’din l-ispeċjalità rebħet fidda fl-aħħar żewġ Olimpjadi. Għalhekk jekk ma tirbaħx id-deheb din id-darba żgur ikun falliment. Għal Felix ma kienx faċli tikkwalifika għall-Olimpjadi. Trid tmur ferm aħjar f’Londra jekk biħsiebha tieħu xi medalji.

    1. Jordyn Wieber

    Il-ġinnasta Jordyn Wieber hija ċ-ċampjin tad-dinja fil-ġinnastika. Fil-kampjonati Pacific Rim ta’ din is-sena rnexxielha tikseb tliet medalji tad-deheb. L-Amerikani jħobbu ħafna l-ġinnastika, għalhekk Wieber se jkollha ħafna għajnejn fuqha.

    1. It-tim tal-futbol Amerikan tan-nisa

    In-nisa tal-futbol Amerikan iridu jiddefendu t-titlu tagħhom bi snienhom, hekk kif kisbu d-deheb kemm fl-2004 u anke fl-2008. Pero fl-2011, ġew it-tieni post fil-World Cup tan-nisa hekk kif tilfu mal-Ġappun. Ħafna minn dawk li lagħbu fil-final se jieħdu sehem fl-Olimpjadi, imma se jirnexxielhom jiksbu suċċess din id-darba?

    1. Missy Franklin

    Franklin għandha qawwa partikolari fil-pixxina. It-tul tagħha ta’ aktar minn sitt piedi, jagħtiha vantaġġ f’kull dixxiplina tal-għawm. Franklin għandha biss 17-il sena, għalhekk jista’ jkun li għadha żgħira biex tiffaċċja l-istress ta’ kompetizzjoni bħal din.

    1. Jessica Ennis

    Ennis tinsab fil-quċċata tal-klassifika tal-aqwa atleti tal-pentathlon u heptathlon. Hija kampjonessa tal-heptathlon u l-indoor pentathlon. Din is-sena se tkun qiegħda tikkompeti f’pajjiżha stess, imma dan jista’ jkun li joħloq pressjoni żejda fuqha.

    1. It-tim tal-baskitbol tal-Amerika tal-irġiel

    Fl-2004, it-tim Amerikan tal-irġiel tal-baskitbol kien delużjoni għall-Amerikani hekk kif ħadu d-dar il-medalja tal-bronż. Erba’ snin wara, rnexxielhom jiksbu d-deheb. F’Londra se jieħdu sehem ħafna minn dawn l-atleti, imma wħud jinsabu mweġġgħin, għalhekk wieħed irid jara jekk it-tim hux se jkun affettwat minn din.

    1. Michael Phelps

    Kif tista’ tmur aħjar milli diġà tkun mort meta tkun ksibt tmien medalji tad-deheb fl-Olimpjadi? Phelps jittama li jikseb aktar medalji. Imma din id-darba mhux se tkun daqshekk faċli għal Phelps, hekk kif ma marx tajjeb ħafna f’kompetizzjonijiet li saru fl-Amerika. F’dawn il-kompetizzjonijiet l-għawwiema Amerikani Ryan Lochte u Nathan Adrian qabżuh.

    1. Usain Bolt

    Bolt huwa waħda mir-raġunijiet ewlenin li bihom se jibqgħu mfakkrin l-Olimpjadi ta’ Beijing. Bolt irnexxielu jikser rekord dinji fil-100 metru, dan tah it-titlu tal-‘Fastest Man in the World’. Fil-World Championships tal-2011 għal darbtejn telaq ftit kmieni u b’hekk kien eliminat. Nittamaw li ma jagħmilx l-istess żball fl-Olimpjadi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0