Assange mistenni jitkellem barra mill-Ambaxxata tal-Ekwador

  • Aww 19, 2012 09:29
  • Miktub minn
"

    Julian Assange mistenni jagħmel stqarrija pubblika aktar tard illum fuq il-ġlied diplomatiku li nħoloq minn meta beda jingħata refuġju fl-Ambaxxata tal-Ekwador.

    Wikileaks qalet li l-fundatur tagħha se jitkellem barra mill-Ambaxxata tal-Ekwador f'Londra. Assange qiegħed jiffaċċja estradizzjoni lejn Svezja fuq akkużi ta' attakk sesswali. Akkużi li hu qiegħed jiċħad.

    Il-president tal-Ekwador issuġerixxa li Assange jista' jikkopera ma' Svezja jekk jingħata garanziji li ma jkunx estradit lejn terzi pajjiżi. Assange daħal l-Ambaxxata tal-Ekwador wara li l-Qorti Suprema Ingliża ddeċidiet li ma terġax tiftaħ l-appell dwar l-estradizjoni tiegħu u tatu ċans ħmistax qabel tibda l-proċeduri ta' estradizzjoni. Huwas stabbilit taħt protocol internazzjonali li l-pulizija lokali u ħaddiema tas-sigurtà m'għandhomx permess jidħlu f'ambaxxata, jekk mhux bil-permess tal-ambaxxatur.

    L-awtoritajiet Ingliżi qalu li Assange se jkun arrestat hekk kif joħroġ mill-bini tal-ambaxxata.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0