Aġġornat (2),: Miet Wistin Abela

  • Jan 20, 2014 08:05
  • Miktub minn

    11.45: Il-funeral se jsir nhar l-Erbgħa 22 ta' Jannar. Il-korteo funebri jitlaq mir-residenza ta' Abela fit-15.30 għall-knisja Arċipretali ta' Santa Katerina fiż-Żejtun, fejn se jkun hemm quddiesa presente cadavere li se tibda fl-16.00 u wara se ssir id-difna fiċ-ċimiterju ta' San Girgor fiż-Żejtun.

    Aktar kmieni: Miet l-eks Ministru fi Gvern Laburista, Wistin Abela. Abela, li kellu 80 sena, serva bħala Ministru tal-Finanzi fi gvernijiet ta’ Duminku Mintoff. Abela hu miż-Żejtun, il-lokal fejn kellu appoġġ elettorali. Fir-ritratt jidher fil-preżenza tal-eks Prim Ministru Alfred Sant u meta attenda biex tingħata l-aħħar tislima lill-eks Prim Ministru Mintoff.

    Il-Partit Laburista jsellem il-memorja ta' Wistin Abela

    Il-Partit Laburista fi stqarrija sellem il-memorja tal-eks-Ministru Laburista Wistin Abela, Membru Parlamentari għal bosta snin u “Ministru li ħadem bla heda biex jara li Malta tkun Malta aħjar.

    Il-PL qal li Abela jibqa' magħruf l-aktar għax-xogħol li wettaq fit-twaqqif tal-Linja Nazzjonali l-AirMalta u għall-ħidma tiegħu bħala Ministru responsabbli minn diversi dekasteri fosthom bħala Ministru tal-Finanzi.

    “It-telfa ta' Wistin Abela ser tħalli bosta persuni b'diqa u sogħba kbira speċjalemt fir-raħal taż-Żejtun. Il-Partit Laburista jwassal il-kondoljanzi lill-familjari kollha tiegħu u jirringrazzjah tax-xogħol kollu li wettaq kemm għall-pajjiżna u anke għax-xogħol li wettaq fi ħdan il-Partit Laburista,” qal il-PL fi stqarrija.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 14

  •  
    anonimu
    Jan 20, 2014

    L'ghomor u kondoljanzi lil familja kollha ta'Onorevoli Wistin Abela dejjem f'qalba ma ninsew qatt dak li ghamilt mal familja taghna u L-MULEJ iwasslek quddiem il-glorja tal-genna strieh fil-paci ghaziez u mahbub miz-Zabbarin kollha.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 20, 2014

    rip wistin u kondoljenzi lil familja teighek tlifna pijunier kbir iehor

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 20, 2014

    sa fejn naf jien joe abela ta haz zebbug kien tal finanzzi

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 20, 2014

    Kondoljanzi lill-familja kollha.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 20, 2014

    Wistin strieh fis-sliem, Haqqek. Lis-sur Wistin Abela jien sirt naf bih qabel ma kien prominenti fil-politika peress li ghamilt xi zmien immur ghal privat tal-matematika ghandu, u ta' dan nirringrazzjah. L-ghomor lill-familjari tieghu.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 20, 2014

    Min qalbi nighdlek grazzi WISTIN.Int kont ragel twajjeb hafna kont thin ghal fqir ghal batut u ghal dawk li kienu fil bzonn. Ghalija int imxejt fuq it taghlim ta SIDNA GESU KRISTU. Kien hemm mumenti meta kellek fliemkien ma shabek certi kundan

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 20, 2014

    RIP Onorevoli.....imam qatt ma nista those dark days when you and your government were at the helm. The infamous eighties.....but still my condolences go out to your family.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 20, 2014

    Grazzi Sur Wistin ta' kull m'ghamilt mieghi. Il-Mulej itigh il-mistrieh ta' dejjem.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 20, 2014

    Wistin strieh fil paci habib.Hallejt warajk rispett u stima li dejjem hdimt b-onesta ghal fqir u l baghtut!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 20, 2014

    SEWWA ,HSIEBT LI NMUR NARAH DIL GIMGHA, GHAX MA' BQAJX NOQOD IZ-ZEJTUN. KIEN ITINI L-PRIVAT B'XEJN GHAX MISSIERI KIEN BLA XOGHOL. LILL-WISTIN DEJJEM RAJTU XEMPJU VERU TAL-HNIENA U KIEN VERU GHALLIEM. STRIEH FIS-SLIEM,HIJA.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 20, 2014

    Insellmulek Wistin Abela u nirrinrazzjak ta dak kollu li ghamilt maghna . Int

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 20, 2014

    Grazzi Wistin kont int li mill klassi bagħtuta għamilt ħiltek sabiex tġħallajt il-familja tiegħi għal għejxien diċenti. Wa

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 20, 2014

    R.I.P Wistin. Kont, ghadek u tibqa mahbub miz zwieten

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 20, 2014

    Il-bniedem li ghamel karita fost hafna affarijiet ohra ma tfal ta'haddiema li ma kienux jistghu jhallsulom privat biex jitghalmu. Jien kont wiehed minnhom. Kien il- bniedem li kellu sehem kbir fil-bidla socjali li saret bil-gvern ta'MINTOFF fis-70

    Irrispondi