Tfal Maltin imwielda fl-2013 mistennijin jgħixu sa 80 sena

  • Jan 19, 2014 19:15
  • Miktub minn Melvin Farrugia

    It-tfal Maltin li twieldu matul is-sena li għaddiet mistennijin jgħixu ħajja twila hekk kif jirriżulta li l-istennija ta’ ħajja tagħhom hi ta’ 80 sena.

    Dan jirriżulta minn grafika interattiva li ġiet ippreparat mill-ġurnalist Marcelo Duhalde, mill-Oman u li hu speċjalizzat fil-ġurnaliżmu tal-istatistika. Kollox hu bbażat fuq l-ipoteżi li l-kundizzjonijiet ambjentali nazzjonali ma jinbidlux.

    Fost l-aħjar tfal li marru f’din il-klassifika hemm dawk ta’ Monaco, fejn l-istennija ta’ ħajja hi ta’ 90 sena. Warajhom jikklassifikaw t-tfal Taljani, Żvizzeri, Franċiżi u tal-Liechtenstein li mistennijin jgħixu 82 sena u warajhom it-tfal Spanjoli, flimkien ma’ dawk Żvediżi, tal-Iżlanda u tal-Olanda li mistennijin jgħixu 81 sena.

    Fil-kategorija li fiha jikklassifikaw it-tfal Maltin, hemm ukoll dawk tan-Norveġja, tal-Irlanda, tal-Ġermanja, l-Ingliżi, il-Griegi, l-Awstrijakki, tal-Lussemburgu, tal-Belġju u tal-Finlandja li mistennijin jgħixu għal 80 sena.

    Meta wieħed iqabbel l-istatistika tal-pajjiżi kollha tad-dinja, jidher li fl-Ewropa hemm l-itwal stennija ta’ ħajja, fejn il-livell medju hu ta’ 78 sena. Wara l-Ewropa jikklassifika l-kontinent Amerikan b’età medja ta’ 75 sena ta’ ħajja u wara l-Ażja b’età medja ta’ 73 sena. Min-naħa l-oħra, l-istennija ta’ ħajja fl-Afrika hi ta’ 60 sena.

    Fil-każ tal-Ewropa, l-inqas pajjiż fejn it-tfal għandhom l-inqas stennija ta’ ħajja hu l-Ukrajna, fejn it-tfal tal-2013 mistennijin jgħixu sa 69 sena.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Jan 19, 2014

    Fost l-ahjar tfal li marru f'din il-klassifika hemm dawk ta ' Monaco. Heqq mhux hekk, jekk taghmel tfulitek tigri fuq xi wiehed min da

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 20, 2014

    L-aktar il kazzi ta mard tal cancer, li l-eta tal mard tal cancer qed dejjem tinzel, nies ta 30 sena bil mard tal cancer u hadd ma jaghamel xejn. Qedin joqtluna

    Irrispondi
  •  

Facebook