Lakhdar Brahimi jinħatar bħala mibgħut speċjali għall-ĠM fis-Sirja

  • Aww 18, 2012 10:14
  • Miktub minn
"

    Id-diplomatiku veteran Alġerin Lakhdar Brahimi huwa l-mibgħut speċjali l-ġdid għall-Ġnus Magħquda (ĠM), fis-Sirja.

    Lakhdar Brahimi, ta’ 78 sena se jkun qed jaħdem flok Kofi Annan, li rriżenja aktar kmieni dan ix-xahar wara li l-pjan ta’ paċi falla li jwassal għal waqfien mill-ġlied.

    Iċ-Ċina kienet l-ewwel pajjiż li tat ir-reazzjoni tagħha, fejn wegħdet li tikkopera pożittivament mas-Sur Brahimi.

    Minkejja dan il-ġlied kompla mingħajr waqfien f’Aleppo u kif ukoll f’Damasku. Serje ta’ splużjonijet komplew jinstemgħu f’diversi partijiet tal-kapitali Sirjana matul il-lejl.

    Sadanittant ilbieraħ f’Aleppo, truppi governattivi ffaċċjaw attakki minn forzi ribelli viċin l-ajruport.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0