“Bik nidħak imma b’Alla ma nidħakx”

  • Jan 14, 2014 21:27
  • Miktub minn

    Ma kienx xi attivist kbir tal-Partit Laburista iżda lil Mintoff kien baqa’ jafhulu. Wara li ħakmitu marda li Malta ma kienx hawn kura għaliha Ġorġ Gravina kien wieħed mill-ewwel Maltin li l-gvern tas-snin ħamsin bagħtu barra minn Malta għall-kura. Dan wasslu biex baqa’ jsegwi lill-eks Prim Ministru Mintoff fl-eqqel tas-snin sittin u saħansitra fi żmien il-ġlieda politiko reliġjuża. Eventwalment spiċċa kien l-ewwel persuna li fi żmien l-Interdett indifen il-Miżbla.

    L-istorja ta’ Ġorġ Gravina tirrakkontaha f’Mixja ta’ Poplu llejla Maria Psaila, in-neputija tiegħu. Maria Psaila tirrakkonta kif meta ffaċjat bit-talba tal-qassis biex ineħħi l-gazzetta Il-Ħelsien, Gravina kien wieġeb: “Bik nidħak imma b’Alla ma nidħakx.”

    Intant, fil-programm tal-lejla l-mistieden ewlieni huwa l-awtur Sergio Grech. Grech, li rriċerka l-perjodu tal-interdett. Riċentament kiteb ukoll il-bijografija tal-eks Ministru Nazzjonalista Alexander Cachia Zammit, li wkoll jieħu sehem fil-programm tal-lejla.

    Intervistati wkoll hemm l-eks Spiker u deputat Nazzjonalista Alfred Bonnici u d-deputat Laburista Joe Debono Grech.

    F’Mixja ta’ Poplu jitkellem ukoll l-ispiżjar Joe Camilleri, l-awtur tal-artiklu li wassal għall-ewwel interdett fis-snin 60 fuq iż-żgħażagħ Laburisti.

    Mixja ta’ Poplu, illejla fuq TVM 2, fid-20.40.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 15

  •  
    anonimu
    Jan 15, 2014

    Id dizunur tar religjon tana.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 15, 2014

    Fi zmien l-arcisqof Gonzi u fi zminijiet ohra, il-knisja f'Mal

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 15, 2014

    l knisja hija business u xejn iktar

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 15, 2014

    Illum

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 15, 2014

    l-isqof ghandu ragun irid jipridka il verita li ghalimna Gesu thaltux haga ma ohra. ghandu jsir referendu fuq din il haga . jien ivotatjt lil PL mhux ghal biex jadotaw it tfal imam ghax kien hemm bzon bidla fil Gvern u jien PL u Nisrani ta vera.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 15, 2014

    Niftakar dinl-istorja ta' George Gravina u niftakar il-hnizrijiet li saru f'is

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 15, 2014

    All Religions are the EVIL of all evils on this earth.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 15, 2014

    dan il gvern permezz tas-segwagi tieghu ser jerga jaqla il kwistjoni politika/religjuza ghall skopijiet ta' rasu. Pero jekk min ghalih ser jaghmel dan biex il quddi

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 15, 2014

    Il knisja u ir religjonijiet ,ma huma xejn hlief hella ta propjeta u hella ta hin ,ghaliex wara li tmut ma hemx hajja ohra ZGUR mhux forsi.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 15, 2014

    @ nisrani laburist Missek qrajt il-manifest elettorali qabel ma tfajt il-vot. Meta ghamilt dan int kont qed taqbel mal-programm laburista, issa kollu ta' xejn tilghaba tal-qaddis barra l-fatt li niddubita kemm int vera laburist

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 15, 2014

    DAK IL-VERU PARTIT LABURISTA TA ZMIEN MINTOF GHAX DEJJEM QABEZ GHAL HADDIEM SPECJALMENT LIL MIN KIEN ZGHIR U BILKEM KELLU L-AXJA TAL-LEJLA

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 15, 2014

    Sur Nisrani Laburist, l-Isqof għandu kull dritt li jgħid dak li tgħid ir-reliġjon kattolika, imam ma għandu ebda dritt li jimponiha fuq ħadd. Għandu jħalli lill-

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 15, 2014

    Nisrani Laburist, barra min hekk, jien ukoll ta' l-opinjoni li koppji tal-istess sess jew omosesswali ma jaddottawx tfal, izda dik hija l-opinjoni tiegħi li wara kollox mhix xi vanġelu jew li jien bil-fors għan

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 15, 2014

    @nisrani laburist. Mela ma jmissekx ivvutajt lill gonzipn fl'elezzjoni li ghaddiet, sur nazzjonalist!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 15, 2014

    BONGU, din hija GIDBA

    Irrispondi