Il-Pulizija Afrikana bdiet tispara fuq ħaddiema tal-minjieri li kienu qegħdin jistrajkjaw fl-Afrika t’Isfel. B’konsegwenza ta’ dan, 34 persuna kienu maqtulin.
Dan l-attakk seħħ quddiem il-minjiera Marikana u l-unjins qegħdin jinvestigaw x’ġara f’wieħed mill-akbar attakki tal-Pulizija li qatt seħħ.
Jirriżulta li din il-minjiera kienet fiċ-ċentru ta’ tilwima li kompliet tikber minħabba r-rivalità bejn żewġ trejdunjins. Minħabba l-vjolenza li nqalgħet minn mindu beda l-istrajk ġimgħa ilu, kienu diġà mietu għaxar persuni fosthom żewġ uffiċjali tal-Pulizija.
Il-Pulizija ntbagħtu fuq is-sit biex iwaqqfu mat-3,000 ħaddiem li kienu nġabru fuq muntanja quddiem Marikana biex jitolbu żieda ta’ $1,000 fix-xahar.
Għadu mhux magħruf x’kienu ċ-ċirkostanzi li wasslu biex il-pulizija bdew jisparaw, iżda rapporti minn xhieda jissuġġerixxu li l-isparar beda wara li grupp ta’ dimostranti ġrew lejn numru ta’ pulizija. Kien hemm ukoll xhieda oħrajn li qabel ma ntużaw il-balal, il-Pulizija pprovat tispara bl-ilma u tefgħet gass tad-dmugħ biex tipprova tferrex lid-dimostranti.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.