Malti fil-Black and White Spider Awards

  • Lul 07, 2012 14:02
  • Miktub minn
"

    Il-fotografu Malti Joe P. Smith kien ippreżentat bit-titlu ta’ Nominat fil-kategoriji Arkitettura, Arti, Portrait u Moda, waqt is-seba’ edizzjoni annwali tal-Black and White Spider Awards, Għaċ-ċerimonja, li kienet imxandra live onlajn, attendew entużjasti tal-fotografija minn 72 pajjiż differenti. Dawn żaru s-sit biex jaraw il-finali tal-aktar avveniment importanti fl-industrija tal-fotografija tat-tip ‘black and white’.

    Il-ġurija internazzjonali kienet tinkludi professjonisti ewlenin fl-industrija fosthom minn National Geographic, Fratelli Alinari, Heffel Fine Art u Tate f’Londra. Dawn onoraw lill-parteċipanti fl-iSpider Awards b’180 titlu u 875 nominazzjoni f'14-il kategorija.

    Id-direttur kreattiv ta’ dawn l-unuri, Basil O’Brien qal li hi kisba tassew tajba li tkun magħżul fost l-aqwa minn 8,223 sottomissjoni li rċevew. Qal ukoll li r-ritratti ta’ Joe P. Smith huma eċċezzjonali u jirrappreżentaw il-fotografija tat-tip ‘black and white’ fl-aqwa tagħha. Għalhekk huma kuntenti li qed jippreżentawlu t-titlu ta’ Nominat.

    Il-Black and White Spider hu premju internazzjonali ewlieni li jonora l-eċċellenza fil-fotografija ‘black and white’. Dan l-avveniment jitfa’ dawl fuq uħud mill-aqwa fotografi professjonali u amatorjali minn madwar id-dinja u fl-istess waqt jagħti ġieħ lill-aqwa ritratti meħudin fl-istil ta’ ‘black and white’.

    Min jixtieq jara r-ritratti tar-rebbieħa jista’ jagħmel dan billi jżur is-sit www.thespiderawards.com/gallery/7th.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    1