Żbalji storiċi fil-films

  • Lul 07, 2012 13:48
  • Miktub minn

    Wieħed mill-‘blockbusters’ ewlenin ta’ dan is-sajf huwa ‘Abraham Lincoln: Vampire Hunter’. Skont dan il-film is-16-il president Amerikan matul il-ġurnata kien jiggverna l-Amerika u bil-lejl joqtol il-vampiri. Din hija storja fittizja. Min-naħa l-oħra huwa vera li Lincoln kien wrestler tajjeb.

    F’dan l-artiklu se nagħtu ħarsa lejn films ċelebri li għamlu żbalji kbar storiċi.

    The Young Victoria (2009),

    Il-kittieb ta’ dan il-film, Julian Fellows għamel numru ta’ żbalji, fosthom f’xena fejn il-Prinċep Albert jinqatel. Ir-Reġina Eliżabetta II, ħarġet stqarrija dwar dan il-film fejn qalet li dan il-fatt qatt ma seħħ u ma tistax tifhem għaliex kien hemm bżonn li jiddaħħal. Ir-reġina preżenti kkumentat ukoll li l-uniformijiet tas-suldati kienu aktar Ġermaniżi milli Ingliżi.

    10,000 B.C. (2008),

    Id-Direttur Roland Emmerich normalment iħobb r-realiżmu. Imma mhux f’dan il-film hekk kif il-wolly mammoths ma ntużawx biex jinbnew il-piramidi. Dawn il-kreaturi lanqas setgħu jgħixu fid-deżert minħabba li kienu kollha suf. U fuq kollox ma kienx hemm piramidi fl-Eġittu qabel is-sena 2,500 Q.K.

    Elizabeth: The Golden Age (2007),

    Fl-1585, meta l-film huwa ambjentat, ir-reġina Eliżabetta I kellha 52 sena. Cate Blanchet li ħadmet il-parti tagħha kellha 36 sena meta nħadem. Skont il-film Ivan the Terrible kien prova jisseduċi lir-reġina, dan ma kienx possibli għax f’dak iż-żmien kien diġà mejjet.

    Memoirs of a Geisha (2005),

    Dak li huwa magħruf bħala l-‘mizuage’ ta’ Geisha huwa simili għal makeover. Il-Geisha tbiddel l-istil ta’ xagħarha u l-istil ta’ ħwejjiġha u mhux tkun involuta b’mod intimu mal-klijenti tagħha. Ix-xena fejn Sayuri, tiżfen għall-klijenti ta’ Gion, tidher aktar qisha xi żifna b’kostum f’disco tas-snin 70, milli xena fi Kyoto ta’ qabel il-gwerra.

    The Last Samurai (2003),

    Huwa veru li l-Ġappuniżi kienu jikru nies professjonali barranin biex jimmodernizzaw l-armata tagħhom lejn l-aħħar tas-seklu 19, imma dawn kienu Franċiżi u mhux Amerikani.

    A Beautiful Mind (2001),

    Dan il-film, huwa bbażat fuq ktieb ta’ Sylvia Nasar, fuq il-ħajja ta’ John Nash. Wieħed mill-isbaħ mumenti tal-film huwa d-diskors kommoventi li għamel Nash waqt il-premjazzjoni tal-Premju Nobel, dan id-diskors fil-verità qatt ma sar.

    The Patriot (2000),

    Francis Marion huwa l-eroj tal-gwerra li bbaża l-film dwaru Mel Gibson. Skont l-istudjużi tal-istorja, Marion kien qatel numru ta’ antenati Cherokees. Il-ġlieda f’Guilford Court House fejn il-protagonist qatel lill-għadu Ingliż tiegħu, fil-verità ġiet mitlufa mill-Amerikani.

    Gladiator (2000),

    L-imperatur Commodus ma kienx dak ir-raġel ossessjonat b’oħtu li rajna fil-film. Hu dam imexxi pajjiżu għal għaxar snin u mhux ftit xhur. Mhux veru li kien Commodus li qatel lil missieru. Marcus Aurelius miet bil-ġidri r-riħ. Il-qtil ta’ Commodus ma sarx waqt battalja ħarxa mal-gladjaturi fl-arena, imma nqatel waqt li kien qed jieħu banju.

    Braveheart (1995),

    Il-kilts fi żmien William Wallace kienu għadhom ma bdewx jintlibsu. Dan il-kostum tradizzjonali Skoċċiż beda jintlibes madwar 300 sena wara. Skont il-film waqt il-battalja ta’ Falkrik, Wallace sseduċa lill-mara tar-Re Dwardu II, Isabella u kellhom ukoll tifel Dwardu III. Imma fil-verità, Isabella kellha biss tliet snin meta seħħet din il-battalja u Dwardu III twieled seba’ snin wara l-mewt ta’ Wallace.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook