Qabel ikun tard wisq

  • Aww 13, 2012 15:11
  • Miktub minn
"

    F’artiklu li ppubblikajna ftit jiem ilu l-Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo qal li l-Pulizija fl-Għases huma obbligati li jinvestigaw kull każ ta’ vjolenza.

    Meta bgħatna dawn il-mistoqsijiet f’moħħna kellna d-diversi vittmi ta’ vjolenza domestika. Konna qegħdin nifhmu li ħafna minn dawn il-vittmi kienu qegħdin iħossuhom injorati mill-pulizija fl-għases.

    Wara l-artiklu li ppubblikajna kkonfermajna kemm dan hu il-każ. Persuni li għamlu kuntatt magħna tkellmu dwar dak li għaddew minnu huma u dwar kif dak li vittma f’dak l-artiklu ma kien xejn għajr il-verità.

    Dawn il-persuni tawna diversi eżempji ta’ kif il-ġustizzja f’pajjiżna qiegħda tfalli magħhom. Smajna b’każi fejn rapport “inkitbu ħażin” jew saħansitra “intilfu.” Dwar dan nirrapportaw fid-dettall fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.

    Intqal ukoll li xi persuni sabu problema għax ma marrux jirrapportaw fil-jum li qalgħu x-xebgħa. Għalkemm il-Kummissarju qal li l-pulizija għandha tinvestiga kull każ jirriżultalna li kienu ħafna l-każi fejn persuna mhux dejjem irrapportat mill-ewwel imbagħad sabet diffikultà. Dan m’għandux ikun.

    Wara kollox il-vittma tal-vjolenza domestika, ħafna drabi mara, mhux faċli li ssib il-kuraġġ u tmur tirrapporta lill-pulizija. Hemm min isib il-kuraġġ li jitkellem wara ġimgħat jekk mhux xhur.

    L-appell tagħna jmur lejn il-Kummissarju tal-Pulizija biex jassigura li dak li qal magħna tassew jitħaddem.

    Nifhmu li anke għall-pulizija nfushom jaf dawn iċ-ċirkostanzi ma jkunux faċli… speċjalment wara li għall-ħafna snin din is-soċjetà kkunsidrat dak li jiġri mill-bieb il-ġewwa ta’ residenza bħala xi ħaġa privata tal-familja.

    Jekk hemm bżonn il-pulizija għandhom saħansitra jingħataw iktar taħriġ biex ikunu kapaċi jilqgħu każi bħal dawn. Jekk hemm bżonn għandu jkun hemm persuni jew taqsima speċjalizzata. Wara kollox il-każi ta’ vjolenza domestika jlaħħqu l-mijiet.

    F’dan kollu ħaġa waħda hi ċerta. Azzjoni f’waqtha tal-ġustizzja tista’ tevita traġedji kbar. Ma rridux nidħlu fil-merti tal-każi partikolari imma hemm żewġ ċirkostanzi li qegħdin ‘il qorti u li jista’ jidher li għandhom rabta ma’ każi ta’ vjolenza domestika li spiċċaw ħażin.

    Il-każ Margaret Mifsud hu wieħed minnhom bil-pulizija tressaq l-eks sieħeb tagħha dwar każ ta’ vjolenza domestika wara li nstabet mejta.

    Każ ieħor imur lura għal Mejju 2009. Dak in-nhar inqatlet Theresa Vella, filwaqt li bintha Mary Grace kienet għamlet xi żmien l-ITU. Mary Grace kienet stqarret: “Qabel qatilli lil ommi u tefa’ lili l-ITU kont għamilt żewġ rapport.”

    Għalhekk il-ħtieġa li jittieħdu passi kull meta jinqala' każ ġdid ta' vjolenza domestika. Azzjoni mmedjata mhux biss tista’ ssarraf fi protezzjoni aħjar lill-vittmi, iżda jista’ jkun ukoll li l-agressur ifittex l-għajnuna f’waħda mid-diversi aġenziji li jeżistu llum.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    2