Aġġornat: Is-suppost żbir tas-siġar… Oleander jiżżarmaw mill-friegħi

  • Nov 16, 2013 09:27
  • Miktub minn Victor Vella

    Sfortunatament f'pajjiżna, minkejja rapporti kontinwi ta' żbir ta' siġar b'mod selvaġġ, din il-prattika qed tibqa' għaddejja. L-aħħar ilmenti qed jaslu mill-by pass tal-Qrendi meta siġar tal-Oleander li bħalissa jkunu mimlijin bi friegħi ħodor, spiċċaw immasskrati u mneżżgħa mill-weraq.

    Resident li tkellem magħna qalilna li ma jistax jifhem għaliex dawn is-siġar ġew miżburin hekk. “Din mhix l-ewwel darba. Hemm żoni oħra f'Malta fejn l-istess Oleander ġie miżbur b'mod selvaġġ fosthom il-bypass tal-Imtarfa. Meta se nibdew inkun sensittivi għas-siġar ta' pajjiżna?" staqsa l-istess resident.

    Ta' min jgħid li l-Oleander mhumiex siġar indiġeni, iżda huma siġar li joffru ċert kulur fit-toroq tagħna bil-ward ikkulurit li għandhom.

    Stqarrija mill-Kunsill Lokali tal-Qrendi

    Fi stqarrija l-Kunsill Lokali tal-Qrendi qalu li ż-żbir tas-siġar imsemmija fil-by-pass tal-Qrendi, isir fuq bażi regolari. “Dan ix-xogħol isir biex dawn is-siġar jingħataw aktar saħħa. Mill-esperjenza nafu li fi ġranet ta' riħ qawwi ħafna, dawn is-siġar qegħdin jispiċċaw bil-friegħi miksurin, jekk kemm-il darba dawn il-friegħi jkunu kbar iżżejjed, bħalma kien il-każ riċentament. Barraminnhekk, meta dawn il-friegħi jikbru ħafna, jkunu ta' ostaklu speċjalment għas-sewwieqa li jkunu ħerġin minn toroq sekondarji ġol-by-pass tal-Qrendi għaliex ma jkunux jistgħu jaraw il-karozzi li jkunu ġejjin,” ntqal fl-istqarrija.

    Intqal ukoll li liż-żbir li sar issa fil-by-pass sar b'dan il-mod u f'dan iż-żmien għal żewġ raġunijiet. “L-ewwelnett, bħal daż-żmien l-Oleander ikun qiegħed jorqod sakemm jibda jerġa' jarmi f'Marzu, u għaldaqstant huwa żmien tajjeb sabiex isir żbir simili ta' dawn is-siġar. It-tieni raġuni hi li l-Oleander tal-by-pass qiegħed kulma jmur jikber u jitla' 'l fuq u għaldaqstant irridu li jkun hemm kontroll fuq kemm jikber 'il fuq sabiex insebbħu aktar il-by-pass b'armonija u livell bejn is-siġar tal-Oleander kollha. Dan huwa proġett li ma jistax isir kollu f'daqqa, u għaldaqstant dan ix-xogħol inbeda issa biex minn Marzu li ġej dawn is-siġar tal-Oleander ikollhom dehra ħafna isbaħ,” qal il-kunsill lokali tal-Qrendi.

    “Nixtiequ nagħmluha ċara li l-Kunsill Lokali tal-Qrendi għandu ħafna għal qalbu l-ambjent u dan l-aħħar f'Misraħ il-Maqluba nżergħu numru sostanzjali ta' siġar tal-ħarrub u għargħar bħala parti minn proġett ta' afforestazzjoni li għandu l-Kunsill Lokali. F'dan ir-rigward, il-Kunsill Lokali tal-Qrendi qiegħed jistieden lill-kontributuri ta' dan is-sit biex jekk jixtiequ jagħmlu donazzjoni ta' siġar bħala parti mill-proġett ta' afforestazzjoni li se jsir fit-triq li mill-Maqluba tagħti għal Ħaġar Qim, javviċinaw lill-Kunsill Lokali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 14

  •  
    anonimu
    Nov 16, 2013

    jista xi had jara li dawk li jghamlu xoghol

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 16, 2013

    Who ever is responsible for this(HNIZRIJA), should be jailed,dear minister please take action for this has been going on for a very long time and that is why we voted for change.Somebody's responsibil.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 16, 2013

    Aktar ma nara u naqra fuq

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 16, 2013

    Imma kif jista jkun li ghadek tara nies li xoghlhom hu biss li jkissru. U dan bil-barka tal-kunsilli lokali , ghaliex nimmagina li dan il-massakru ta l'oleandri sar fuq istruzzjonijiet tal-kunsill lokali tal-Qrendi. Dawn kif jaqbdu u jibghatu ir

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 16, 2013

    TAL MISTHIJA KIF SIGAR JIQBAW JINZABRU HEKK, NAHSEB JIEN APPOSTA QEDT JAGHMLU .. BASTA KOLLOX EJJA HA IMUR!!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 16, 2013

    Jista' l-Ministru responsabbli mill-Agrikoltura jwaqqaf lil din il-kumpanija li qed taghmel dawn il-hnizrijiet kollha ghax issa izzejjed? Jew biddilna l-gvern ghalxejn?

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 16, 2013

    Mela Sur Sinktu la semejt il misrah tal Maqluba nixtieq inkun naf meta gejien ij bakijiet li kien hemm taht is sigar u min fejn gejin dawn imbirkin bankijiet?

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 16, 2013

    Il-Kunsill lokali tal-Qrendi mill jidher qed jghatti xturu war dan l-att barbaru.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 16, 2013

    tixtiek ikun hemm xi bniedem li jifem fuq iz- zigar u jatina parir xandu issir ax jiena ma nifemx imma jiena nahseb li ahjar ekk peres li gejja xitwa u ikolna hafna rih qawwi ma nafx imma minn jifem jista jikteb awnn please

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 16, 2013

    Miss Chircop - Il-manifattura flimkien mat-tqeghid tal-bankijiet imsemmija hija r-responsabilita' totali tal-progett MaltaGoesRural u mhux tal-Kunsill Lokali tal-Qrendi. Dawn iddisinjaw ba

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 16, 2013

    Sur Sindku din hija skuza pura biex jigu aggevolati r-residenti ma tmurx tithlilhom xi werqa gol-parapett taghhom jew quddiem darhom matul ix-xitwa. Ahna is-sgar dejjem naqilghuha. Il-Malti dejjem igerger.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 16, 2013

    Napprezza t-twegi

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 17, 2013

    Nistqarr li nxift meta rajt din l-azzjoni u nisperaw dejjem li ma tergax issir. Mill parir li dejjem hadt minn nies esperti dan mhuwiex il-mod kif tizbor is-sigar bhala prevenzjoni kontra ri

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Nov 17, 2013

    Nissuġġerixxi lill-Gvern Laburista u speċjalment lill-Ministru tal-Edukazzjoni u tal-Biedja u Sajd biex iħajjru lit-tfal ikabbru siġar Maltin billi jingħataw iż-żerriegħa fil-bidu tas-sena skolastika u wara meta jibdew jikbru imorru flimkie

    Irrispondi