Logħob għal kulħadd fir-Rabat

  • Aww 11, 2012 08:58
  • Miktub minn

    Il-Kummissjoni Żgħażagħ Rabtin Pawlini qed torganizza l-attività sportiva “Logħob għal Kulħadd” fuq iz-zuntier tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl fir-Rabat Malta.

    Din l-attività se tittella’ bejn it-22 u l-25 ta’ Awwissu 2012 mis-19.00 ‘il quddiem, fejn l-aħħar ġurnata tkun is-serata finali u jitħabbru r-rebbieħa. F’din l-attività jipparteċipaw madwar 150 żagħżugħ/a minn madwar Malta kollha, fejn jingħaqdu f’timijiet biex jikkompetu kontra xulxin bi spirtu sportiv. Ta’ min jghid li l-logħob kollu jiġi maħluq mill-kumitat u l-helpers taż-Żgħażagħ Rabtin Pawlini.

    Element sabiħ ieħor f’din l-attività hu tal-ammont kbir ta’ helpers li jiġu jagħtu daqqa t’id f’dawn il-logħob li tant ikunu mistennija fir-Rabat f’dawn ix-xhur tas-Sajf. Waħda mill-attrazzjonijiet li wieħed jista’ jsib huma l-pools li jintramaw fuq l-istess zuntier li jintużaw waqt l-istess loghob.

    Din is-sena se tittella’ għall-ewwel darba serata oħra għat-tfal, nhar il-21 t’Awwissu fuq l-istess zuntier mis-18.30 ‘il quddiem. It-tfal kollha li se jipparteċipaw se jinqasmu f’erba' timijiet skont l-età rispettiva tagħhom. Inħeġġu lill-pubbliku biex jattendi għal dan il-logħob fejn ikun hemm atmosfera għall-familja kollha fejn wieħed isib ukoll l-ikel u xorb għall-bejgħ filwaqt li d-dħul ikun b’xejn. Aktar dettalji fuq www.zghazaghrabtinpawlini.com

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook