Inċertezzi bla bżonn mill-MEPA - Galdes

  • Aww 10, 2012 11:36
  • Miktub minn
"

    Applikanti li qed japplikaw biex iġeddu l-applikazzjoni tagħhom li tkun se tiskadi qed isibu problemi minn naħa tal-MEPA biex il-permess tagħhom ikun imġedded. Dan qalu Roderick Galdes kelliem Laburista għall-Ippjanar, Żvilupp Urban, Kostruzzjoni u Housing.

    Din il-problema qed tinħoloq l-aktar meta r-regolamenti jkunu nbidlu matul it-terminu tal-applikazzjoni u għalhekk l-Awtorità qed tinsisti li l-applikazzjonijiet ta' renewals jkunu proċessati mill-ġdid skont ir-regolamenti tal-ġurnata u jiġu mġedda dawk li għadhom konformi, qal Galdes.

    Il-kelliem Laburista qal li dan kollu qed iseħħ saħansitra meta l-applikazzjonijiet għal tiġdied tintefa waqt il-perjodu stabbilit mill-liġi biex applikanti jkunu jistgħu jġeddu l-permess tagħhom.

    B'konsegwenza t'hekk applikanti li mingħalihom għandhom xi dritt vestit fuq is-sit tagħhom bil-permess li jkun inħareġ mill-MEPA qed jiffaċċjaw tibdiliet fil-pjanti u l-permessi oriġinali, kompla Galdes.

    Hu żied jgħid li dan qed jikkawża inċertezza qawwija fost l-applikanti fejn ma jkunux jafu jekk il-permess tagħhom huwiex se jkun imġedded jew le minħabba t-tibdil fil-policy.

    Din l-inċertezza qed toħloq problema anke lil dawk li jkunu għamlu mpenji finanzjarji fid-dawl tas-sitwazzjoni ekonomika li hawn bħalissa. Iktar minn hekk qed tinkoraġġixxi aktar żvilupp ta' malajr biex applikanti ma jissograwx li jitilfu l-permessi tagħhom. Din l-incertezza tfisser li l-MEPA stess mhix konxja mid-deċiżjonijiet tagħha li saru fil-passat iżda qed titfa' l-problema fuq iċ-ċittadin komuni, temm jgħid Roderick Galdes.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0