Skola b’differenza matul ix-xhur tas-sajf

  • Aww 08, 2012 13:05
  • Miktub minn

    48 studenti pparteċipaw f’attività li mmarkat it-tmiem tal-ewwel fażi ta’ Skolasajf, l-attività kienet organizzata mill-Aġenzija Sedqa b’kollaborazzjoni mal-iStudent Services Department fiċ-Ċentru Santa Venera fi ħdan il-Kulleġġ Santa Tereża. Din l-attività kienet abbinata mas-Sena Ewropea għal Anzjanità Attiva u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet, kif ukoll kienet parti mill-programm li qed twettaq f’din l-iskola l-Aġenzija Sedqa.

    It-tema magħżula għal Skolasajf ta’ din is-sena hija ‘Solidarjetà b’Impenn’ u għat-tnax-il sena konsekuttiva, l-Aġenzija Sedqa qed terġa’ tieħu sehem f’din l-inizjattiva bil-programmi preventivi tagħha mmirati lejn l-istudenti tar-raba’, il-ħames u s-sitt sena tal-Primarja. Il-programm li qed twassal l-Aġenzija huwa maqsum f’żewġ fażijiet differenti. L-ewwel fażi bdiet fit-23 ta’ Lulju u fiha pparteċipaw iċ-ċentri ta’ Ħal Qormi San Bastjan, Ħal Qormi San Ġorġ, Santa Venera u l-Gżira. It-tieni fażi mistennija tibda nhar it-13 ta’ Awwissu u fiha se jkun hemm jieħdu sehem iċ-ċentri tal-Imsida, Lija, il-Gudja u l-Għargħur. Huwa mistenni li b’kollox jattendu madwar 455 tifel u tifla għall-programmi mwassla mill-Aġenzija Sedqa. Is-suġġetti trattati din is-sena huma: il-familja, il-valuri, l-istrutturi differenti tal-familja, u l-kontribut tal-anzjani. Ma setax jonqos li jiġu diskussi wkoll il-ħbieb u l-influwenza li jħallu fuq xulxin (peer pressure),, kif ukoll kif tieħu deċiżjoni tajba; informazzjoni dwar il-vizzji tal-alkoħol u d-droga, u l-użu eċċessiv tal-internet.

    Il-parteċipazzjoni fi Skolasajf mill-Aġenzija Sedqa hi importanti ħafna fil-kalendarju tal- Aġenzija. Skolasajf hi mezz kif is-Servizzi ta’ Prevenzjoni jibqgħu jitwasslu għand it-tfal anke waqt ix-xhur tas-sajf b’mod aktar kreattiv u fejn jingħataw il-ħiliet meħtieġa biex it-tfal li jipparteċipaw ikunu f’pożizzjoni li jibnu karattru aktar sod. L-Aġenzija għandha l-impenn li tibqa’ għaddejja b’ħidma kontinwa matul is-sena kollha u tuża l-mezzi kollha possibbli biex tibqa’ qrib il-pubbliku, speċjalment it-tfal.

    Għal aktar informazzjoni dwar l-Aġenzija Sedqa u l-programmi ta’ prevenzjoni li toffri, wieħed jista’ jżur is-sit www.sedqa.gov.mt.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0