GO tilqa' l-Kap Eżekuttiv Ġdid

  • Aww 07, 2012 10:32
  • Miktub minn

    Il-Bord ta’ Diretturi ta’ GO plc illum iltaqa’ għall-ewwel darba minn mindu tħabbar li Yiannos Michaelides, li bħalissa jokkupa l-kariga ta’ Chief Commercial Officer, se jkun qed jassumi r-rwol ta’ Kap Eżekuttiv mis-7 ta’ Settembru 2012. Matul il-ġimgħat li ġejjin Michaelides se jokkupa wkoll il-kariga ta’ Deputat Kap Eżekuttiv.

    Filwaqt li laqgħu lil Michaelides fir-rwol il-ġdid tiegħu, il-laqgħa pprovdiet ukoll opportunità biex il-Bord jirringrazzja lil David Kay għax-xogħol tiegħu bħala Kap Eżekuttiv matul is-sitt snin li għaddew. Matul dan il-perjodu GO kabbret b’suċċess is-servizzi li toffri minn telefonija tal-linja fissa u dik tal-mobajl għal dawk tat-televiżjoni u internet.

    Michaelides qal: “Huwa unur kbir għalija li ngħatajt dan ir-rwol f’kumpannija dinamika u ffukata fuq il-klijenti bħal ma hija GO. David għamel ħafna xogħol siewi, mhux dejjem f’ċirkostanzi faċli, biex GO saret l-aqwa kumpannija quad play fis-settur tal-komunikazzjoni. Bla dubju ta’ xejn, l-isfida tiegħi hi li nżomm dan ir-ritmu u ngħin biex GO iżomm il-pożizzjoni tagħha permezz ta’ investiment kontinwu fl-infrastruttura u fil-prodotti tagħna. Fl-istess ħin irridu nżommu lill-klijenti tagħna fiċ-ċentru ta’ dak kollu li nagħmlu.”

    Kay qal, “Nixtieq nirringrazzja lill-impjegati kollha ta’ GO li għamlu sforz kbir matul dawn l-aħħar sitt snin biex niksbu s-suċċessi li xtaqna. Kien pjaċir kbir għalija li naħdem u ngħix f’Malta u nawgura lil Yiannos u t-tim kollu l-isbaħ affarijiet għall-futur.”

    Deepak Padmanabhan, Ċermen ta’ GO plc, qal, “F’isem it-tim kollu ta’ GO nixtieq nirringrazzja lil David għad-dedikazzjoni u t-tmexxija tiegħu u nawguralu futur mill-isbaħ. Nixtieq ukoll nikkongratula lil Yiannos. M’għandi l-ebda dubju li huwa għandu l-ħiliet kollha biex jiggwida lil GO lejn aktar suċċessi fil-futur.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0